“…..Għaliex Ġesu’ jagħti tant importanza li din il-virtu, (il-ħniena) hekk li mingħajrha ħadd ma jsalva? ‘Henjin dawk li jħennu għax huma jsibu ħniena’…..
Il-Papa Ġwanni Pawlu II jgħid hekk: ‘Mingħajr il-ħniena ma teżistix imħabba, huwa bħat-tieni isem tagħha’……
Dan is-suġġett tal-ħniena u l-maħfra nsibuh mifrux fil-Vanġelu kollu…..
Il-ħniena hija mħabba li taf tilqa’ lil kull proxxmu, l-aktar lil min hu fqir u fil-bżonn. Jeħtieġ li nħobbu bla ma noqogħdu nkejlu, b’abbundanza, lil kulħadd u b’mod konkret. Inħobbu b’mod li din l-imħabba ssir reċiproka. U dan hu l-iskop aħħari tal-ħniena, għax mingħajr il-ħniena teżisti biss il-ġustizzja, li tagħmilna ndaqs, iżda mhux aħwa ta’ xulxin ….
In-nies aktar titlob vendetta milli ġustizzja. Imma aħna, wara li nkunu għamilna ħilitna biex tissewwa l-ħsara li tkun saret, irridu nagħtu spazju biex tidħol il-maħfra. Hi biss tista’ tfejjaq il-ħsara personali u soċjali li tkun saret. ‘Aħfru u ssibu l-maħfra’. Għalhekk jekk aħna rċevejna xi forma ta’ inġustizzja, irridu naħfru, u mbagħad insibu l-maħfra. Għandna nkunu minn ta’ quddiem nett biex nużaw il-ħniena!…
Anki jekk dan jidher diffiċli u jrid kuraġġ, quddiem kull proxxmu ejjew nistaqsu: ommu/ommha kif kienet iġġib ruħha miegħu/ magħha? Dan il-ħsieb għandu jgħinna nifhmu u ngħixu skont il-qalb t’Alla.
Chiara Lubich
Be the first to comment