B’qalb ta’ omm

Ejjew nagħmlu dan il-proponiment: ma’ kull proxxmu li niltaqa’ u ma’ dawk li naħdem għalihom, inġib ruħi bħallikieku kont ommhom.

L-omm tilqa’ dejjem, tgħin dejjem, tittama dejjem, kollox tgħatti. L-omm taħfer kollox ’il binha, ukoll jekk ikun delinkwent jew terrorist.

Infatti l-imħabba tal-omm tixbah ħafna ’l-imħabba ta’ Kristu li fuqha jitkellem San Pawl 1.

Jekk aħna jkollna qalb ta’ omm jew, iktar preċiżament, jekk nagħmlu proponiment li jkollna l-qalb tal-Omm per eċċellenza – Maria – inkunu lesti nħobbu ’l-oħrajn f’kull ċirkustanza.

Imbagħad inħobbu ’l kulħadd u mhux biss lil dawk li huma tat-twemmin tagħna, imma wkoll dawk ta’ twemmin ieħor. Mhux l-Insara biss, imma wkoll ’il-Musulmani, ’il-Buddisti, ’l-Induisti, eċċ. u ’l-bnedmin ta’ rieda tajba. Anki ’l kull bniedem li jgħix fuq din l-art: għax il-maternità ta’ Maria hi universali, kif universali kienet il-fidwa tagħna.

Chiara Lubich

1     Ara 1 Kor 13, 1-13.

Minn pubblikazzjoni: “L-Arti tal-Imħabba”, Chiara Lubich, © 2014 Moviment tal-Fokolari Malta

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.