Ġesu’ msallab u abbandunat: Ktieb ta’ Dawl

Silta meħuda minn meditazzjoni ta’ Chiara Lubich fuq Ġesù Aabbandunat.

“Il-ktieb ta’ Dawl li l-Mulej qed jikteb fir-ruħ tiegħi għandu żewġ aspetti: paġna bid-dawl ta’ mħabba misterjuża: unità. Paġna bid-dawl ta’ tbatija misterjuża: Ġesù abbandunat. Huma żewġ uċuħ ta’ midalja waħda. (…) Ġesù abbandunat hu l-kollox waħdieni tagħna. (…)

Għalina l-abbandun. Liema? Dak li bata Ġesù, li sar bniedem biex lilna jagħmilna nixbhu lil Alla: tbatija kbira bħal dik ta’ Alla! “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?”, u nfittxuh bħall-għarusa fl-Għanja tal-Għanjiet (…).

Infittxuh f’ħutna l-midinbin, dawk mingħajr Alla! Hemm hu qed jgħajjat: “Alla tiegħi, Alla tiegħi…”; infittxh fl-abbandun li jidher minn barra, imma fuq kollox f’dak intimu u profond.

Jekk tintefa’ f’din it-triq, malajr iġġarrab l-istigmati tal-abbandun! Il-Mulej iħaffer f’qalbek vojt infinit…. li int mill-ewwel timlieh b’ Ġesù abbandunat. U qatt ma tkun waħdek. (…)

Ġesù ħass in-nuqqas ta’ Alla. Biex nikkunslawh, ejjew inwegħduh li dejjem nagħtuh il-preżenza tiegħU f’nofsna. “Fejn hemm tnejn jew aktar, hemm ninsab jiena”.

U Ġesù jikkonsla lil Ġesù li jgħajjat. Ġesù tiegħi. Gesù tagħna!

Chiara Lubich

( Lettere dei primi tempi – P149-150)

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.