Il-Kmandament il-Ġdid

© M. Cristina Criscola, ‘Amore scambievole’ – Loppiano, 1984

L-Isvizzera, 16 ta’ April, 1981

“Għeżież,

Qed ngħixu l-aktar sigħat prezzjużi tas-sena; huma prezzjużi għall-Knisja li permezz tal-liturġija terġa’ tgħix il-Passjoni, il-mewt u l-qawmien  ta’ Ġesù. Huma sigħat prezzjużi għalina lkoll, li fil-qalba tal-ispiritwalità tagħna hemm l-unità u Ġesù abbandunat.

Illum Ħamis ix-Xirka, il-festa tagħna. Bħal-lum ħafna snin ilu, Ġesù  ta lid-dixxipli tiegħu l-kmandament il-ġdid, li hu l-liġi fundamentali u l-bażi ta’ kull regola oħra għalina lkoll. Bħal-lum  Hu talab għall-unità: “Ħa jkunu lkoll ħaġa waħda”,  waqqaf  l-Ewkaristija li permezz tagħha  baqa’  magħna u sseħħ  l-għaqda tagħna miegħu u bejnietna, u  waqqaf is-saċerdozju li jagħtina l-Ewkaristija.

Ġesù tana  dan kollu f’ġurnata waħda. X’irridu aktar minn hekk?  Illum hu l-mument li ngħidulu grazzi. (…) Kif  kienet tkun ħajjitna mingħajr il-kmandament il-ġdid, mingħajr l-Ewkaristija u mingħajr l-Ideal tal-unità?

Għada: il-Ġimgħa l-Kbira, Ġesù abbandunat. M’hemmx ġurnata aħjar biex  fil-ħin tat- tlieta  nerġgħu nikkonsagraw ruħna  lilu b’mod solenni u ngħidulu li aħna lesti li  nħobbuh dejjem, malajr u  bil-ferħ. (…)

Imbagħad, wara Sibt il-Għid, jasal l-Għid il-Kbir. Ġesù  qam mill-mewt; Hu l-qawmien u l-ħajja għalina lkoll. Ejjew nirringrazzjawh – forsi għall-ewwel darba – ta’ dik il-ħajja li ma tintemm qatt. Ejjew inwegħduh li nagħmlu pjanijiet aħjar, mhux biss għal din il-ħajja imma għal dik li hi l-aktar importanti. Ejjew ngħidulu li  rridu nkunu l-glorja tiegħu, il-ferħ tiegħu, u li nixtiequ nagħtu s-sehem tagħna biex ħafna oħrajn ukoll jagħtuh ferħ u glorja.

Nixtieq l-Għid it-tajjeb lil kulħadd! U nawguralkom li dan ikun l-isbaħ wieħed f’ħajjitkom!”

Chiara Lubich

Silta meħuda minn kitba ta’ Chiara Lubich, 16 ta’ April 1981

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.