“Li kieku għandkom fidi mqar daqs żerriegħa ta’ mustarda, kontu tgħidu lil din il-muntanja, ‘Warrab minn hawn u mur hemm’, u hi kienet twarrab, u ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir” (Mt 17: 20).
Biex ngħixu din il-Kelma fil-mument preżenti, biex inkunu din il-Kelma fil-mument preżenti, jiena ngħix billi nemmen u naġixxi b’tali mod li fija u madwari titwarrab kull muntanja u minflokha jgħix l-Ispirtu s-Santu. Irrid inkun dan il-miraklu ħaj: l-Ispirtu s-Santu tad-demm u l-laħam.
Għalhekk, mument wara l-ieħor, niddistakka ruħi minn kollox, anki minn Alla għal Alla, billi ngħix lil Ġesù Abbandunat bħala l-iskop tiegħi fil-mument preżenti.
Ġesù Abbandunat hu l-Kelma: kull Kelma hija Hu. Il-fidi hi l-imħabba. Min jemmen, iħobb. L-istess bħal min jagħraf iħobb.
Temmen li twarrab il-muntanji jfisser li tkun tħobb twarrabhom. U jiena nħobb, mument wara l-ieħor, inwarrab il-muntanja ta’ ġo fija biex jgħix Alla, l-Ispirtu s-Santu.
Imma matul il-jum, irrid inwarrab kull muntanja li niltaqa’ magħha fir-ruħ ta’ ħija jew ta’ ħuti. Nagħmilhom irmied b’imħabbti. U dan ifisser: irrid dak it-toqol, dak l-abbandun, dik il-muntanja u nemmen (u nħobb) inwarrabha.
Trid tissoponi li l-muntanja mhiex qiegħda hemm, għax min iħobb l-ostaklu ma jarahx. U nwarrabha.
Irrid inżomm f’qalbi ħaġa waħda: li nħobb. U npoġġi din l-imħabba bħala pedament.
B’hekk ngħix il-ġurnata tiegħi kollha billi nwarrab il-muntanji kollha, u nħeġġeġ l-erwieħ kollha.
Chiara Lubich
(Kelma tal-ħajja, Diċembru 1949)
Be the first to comment