“Jekk trid tħobb tassew lil Marija, għix bħalha!”

Meditazzjoni ta’ Chiara Lubich ghal jum il-Festa ta’ Marija Assunta.

“(…) Marija! Il-kreatura l-aktar straordinarja, dik li nsejħulha u tassew hi Omm Alla, u għalhekk bla tebgħa, imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem, sultana, Omm l-Knisja.

Marija hi aktar qrib t’Alla milli tal-bnedmin, b’danakollu hi kreatura (…). U għalhekk hi tista’ tkun għalina dak il-pjan inklinat li jgħaqqad is-sema u l-art. Għalkemm kreatura straordinarja, f’Marija, tifla, xbejba, għarusa, omm, armla, aħna lkoll, hi x’inhi l-età u l-kundizzjoni tagħna, nistgħu nibnu rabta magħha u naraw fiha mudell. (…)

(…) Naħseb li l-vera devozzjoni lejn Marija tista’ tkun dik li twassalna biex nimxu fi triq li twelled f’qalbna dik il-kwalità ta’ mħabba li Ġesù kellu lejha.

Marija, li kellha dawk il-kwalitajiet sbieħ u straordinarji, kienet ukoll “in-nisranija perfetta”.

Kif nafu mill-Evanġelju, hi ma għexitx dak li riedet hi fil-ħajja tagħha, imma ħalliet il-liġi t’Alla tgħix fiha. Hi Dik li aktar minn kull wieħed u waħda minna tista’ tgħid “Mhux jien ngħix, imma Kristu jgħix fija” (Gal 2, 20). Marija hi l-Kelma t’Alla mgħexja.

Mela, jekk trid tħobb tassew lil Marija, għix bħalha! Kun int ukoll Kelma t’Alla ħajja!

(….) Jekk nagħmlu ħilitna biex ngħixu bħalha, insiru nixbħuha u f’qalbna titwieled imħabba spontanja għal Marija”.

Chiara Lubich
(Ruma, 1976)

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.