L-għajxien tal-Vanġelu: Il fidi tirbaħ

Il-fidi tgħinna niltaqgħu ma’ Ġesù f’kull proxxmu. Esperjenzi dwar l-għajxien tal-Kelma tal-Ħajja.

Ma jonqosna xejn

Sid il-fabbrika fejn naħdem jien, ġabar ‘il-ħaddiema kollha u wara li kellimna dwar il-problemi li qed ikollu jiffaċċa, għamel il-proposta li jitnaqqas il-ħin tax-xogħol u li s-salarju jonqos bi 30% biex ħadd mill-ħaddiema ma jitlef l-impieg.

X’ser nagħmel?  Kien mument tassew iebes għalija għax għandi familja kbira u ħafna spejjes….. imma meta rajt li b’din il-proposta ħadd ma kien ser jitlef ix-xogħol, aċċettajt.

Jien u marti ddeċidejna li nafdaw fil-providenza t’Alla filwaqt li għidna lit-tfal biex nitolbu flimkien, mhux biss għall-familja tagħna imma wkoll għall-familji kollha li għandhom l-istess diffikultajiet.

Ma domniex ma rajna li Alla kien qed jisma’ t-talb tagħna, għax waslet somma flus li ma kontx qed nistennieha; waslu l-flus li żmien ilu kont slift  lil wieħed ħabib tiegħi u kont qtajt qalbi li dan  ser jkun jista’ jerġa’ jagħtihom lura.

Ġa għaddew ix-xhur, u qed nindunaw li qatt ma naqasna xejn u li fit-tfal tagħna kiber is-sens ta’ responsabbiltà

S.d.O. – Brażil

L-imħabba tinħass

Fis-sala tal-isptar fejn naħdem jien, daħħlu raġel ta’ 52 sena li spara għal rasu minħabba problemi fil-familja. B’xorti tajba f’moħħu ma ġralu xejn, imma saritlu ħsara kbira f’għajnejh, u kellu jgħaddi minn operazzjoni diffiċli ħafna.  Kull darba li kont nersaq lejh, kien itenni li jixtieq imut. Wara żmien ta’ kura intensiva reġa’ ġie fis-sala li nieħu ħsiebha jien u spiss kont immur insellimlu. Darba staqsejtu: “Taf min hawn ħdejk?” Weġibni: “Ma narax, imma naħseb li hawn it-tabiba li operatni. Waqt l-operazzjoni stajt inħoss ħafna mħabba”. Għidtlu li kont ser nagħmel minn kollox biex almenu nsalvalu għajn waħda. Xi ġranet  wara  qalli li qed jara xaqq ta’ dawl u bil-mod il-mod il-viżta bdiet ġejja ‘l quddiem.

Xi xahar  wara li ħareġ mill-isptar reġa’ ġie jarani. Kien persuna oħra: ħajtu kienet inbidlet għal kollox;  beda ħajja ġdida, anki bħala raġel miżżewweġ.  Bi tbissima  għidtlu: kellek titlef id-dawl ta’ għajn waħda biex tibda tara l-affarijiet aħjar.

F.K. – Slovacchia

 

 

 

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.