Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu
Il-11 ta’ Awwissu — il-festa liturġika ta’ Santa Chara ta’ Assisi — tfakkarna kemm fl-ewwel segwaċi ta’ San Franġisk kif ukoll f’Chiara Lubich. Magħqudin flimkien fl-imħabba tagħhom lejn Alla, minkejja li għexu f’epoki differenti, dawn iż-żewġ nisa kbar għandhom ħafna affarijiet komuni fir-rigward tal-messaġġ Nisrani u l-kapaċità li jmorru lil hinn mill-konvenzjonijiet ta’ żmienhom.
