Dokument Finali – ħidma li tkompli
Għall-parteċipanti tal-Assemblea ġiet fi tmiemha ġurnata ta’ ħidma tassew intensa. Bejn il-bieraħ u llum analizzaw u vvutaw fuq sensiela ta’ mozzjonijiet dwar il-ħajja tal-Moviment fil-ġejjieni. Ġa nkiteb l-ewwel draft tad-dokument finali li fih hemm ġabra ta’ orjentamenti u linji ta’ azzjoni dwar it-temi li saret diskussjoni tagħhom fid-diversi workshops.
Jeħtieġ ngħidu li l-ħidma tal-Assemblea kellha tiffaċċa sfida minħabba l-limitu tal-ħin u l-kundizzjonijiet tekniċi imposti mill-mod telematiku li bih kellha ssir. B’danakollu sar minn kollox biex kull min ħa sehem seta’ jagħti l-kontribut tiegħu, jgħix esperjenza ta’ unità fid- diversità, u jsawru flimkien dokument finali ħalli jingħata lit-tmexxija l-ġdida tal-Moviment.
Skont xi kalkoli li saru – bejn wieħed u ieħor – kien hemm bejn 13 u 15-il siegħa xogħol fuq kull argument, u biex sar l-ewwel draft kien hemm total ta’ 3,500 siegħa ta’ ħidma. Dan kollu sar bil-għajnuna ta’ forom ta’ ħidma speċjalizzata u tliet facilitators professjonali.
Għada filgħodu hemm appuntament straordinarju: Papa Franġisku ser jilqa’ l-Assemblea ġenerali f’udjenza privata li ser issir fis-Sala Pawlu VI. Xi parteċipanti ser ikunu preżenti għal din l-udjenza, fil-waqt li l-parti l-kbira ser isegwuha permezz tal-istreaming.
Ser tkun Maria Voce, dik li għadha kemm temmet il-ħidma tagħha ta’ president, li tippreżenta lil Margaret Karram, il-president il-ġdida lill-Qdusija tiegħu l-Papa. Il-President il-ġdida ser tagħmel indirizza ta’ tislima lill-Papa, imbagħad hu jkellem lil dawk preżenti u lill-parteċipanti tal-Assemblea li jkunu qed isegwu permezz tal-kollegament.
Kulħadd jista’ jsegwi t-trażmissjoni tal-Udjenza. Ara aktar informazzjoni dwar dan fuq: https://focolaremalta.org/ahbarijiet/papa-frangisku-jilqa-l-assemblea-tal-fokolari-fudjenza-privata/
Uffiċċju Komunikazzjoni Moviment tal-Fokolari
Be the first to comment