Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • About us
  • Chiara Lubich
  • The Word of Life
  • Activities
    • Families
    • Children
    • Youth
    • Teens
  • Dialogues
  • Media
  • Contact us
  • English English
    • Malti Malti
  • Toggle search form

[:mt]“Ċittadella” tal-Moviment tal-Fokolari tieħu l-impenn li tipproduċi maskri “made in Loppiano”[:]

Posted on April 16, 2020April 17, 2020 By Website Editor No Comments on [:mt]“Ċittadella” tal-Moviment tal-Fokolari tieħu l-impenn li tipproduċi maskri “made in Loppiano”[:]

[:mt]“Din hi okkażjoni biex nagħmlu xi ħaġa kontreta għall-oħrajn u ngħinu lil pajjiżna f’dan il-mument ta’ inċertezza u sospensjoni”. Hekk qalet Luisa Colombo meta spjegat x’qanqal lil “Fantasy” biex tibel il-produzzjoni tagħha u tibda tagħmel maskri ta’ protezzjoni kontra l-Covid -19. Fantasy ilha mwaqqfa għal aktar minn 50 sena u tagħmel prodotti  għat-tfal żgħar maħduma mit-tessuti.

Din il-fabbrika qiegħda fil-qalba ta’ Loppiano, belt żgħira tal-Moviment tal-Fokolari li tinsab fuq medda ta’ 260 ettaru  fuq l-għoljiet ta’ Incisa Valdarno, madwar 20 kilometru ‘l bogħod minn Firenze. Hemm madwar elf ruħ jgħixu f’din il-belt ċkejkna, li jiġu minn partijiet differenti tad-dinja u kollha jħaddnu l-proposta ta’ Chiara Lubich, il-fundatriċi li tat bidu għal din il-belt fis-snin ’60. Kienet ipproponiet li “din tkun belt fejn tinkarna ruħha l-liġi tal-imħabba lejn xulxin li nsibu fil-Vanġelu, filwaqt li jkollha l-elementi ta’ belt moderna fejn wieħed jgħix, jitgħallem u jaħdem”.

Meta Papa Franġisku żar Loppiano sentejn ilu, hu kien talab lill-abitanti tagħha biex jisimgħu “l-urġenzi, ħafna drabi drammatiċi, li jaslu minn kullimkien u li ma jistgħux iħalluna ma nagħmlu xejn”. Qal ukoll li hemm bżonn ta’ rġiel u nisa li “jkunu kapaċi jfasslu triqat ġodda li nimxuhom flimkien” biex titnissel “ċiviltà globali tal-alleanza”.

Fantasy, bħal ditti oħra li jaħdmu fiċ-ċittadella, minn dejjem ħaddnet dan l-istil ta’ ħajja u  għamlet isem fis-suq tal-prodotti li tagħmel hi. Iżda kif qalet Luisa Colombo, li flimkien ma’ Marco Barlucchi hi responsabbli mill-proġett tal-maskri, meta bdiet il-kriżi li ġabet magħha din il-pandemija, mill-ewwel bdew jonqsu l-ordnijiet. Kien propju f’dan il-waqt meta r-Reġjun tat-Toscana talab lil Loppiano biex tipproduċi l-maskri. Din talba ġiet milqugħa mill-ewwel.

Dawk li jgħixu f’Loppiano, l-aktar żgħażagħ mid-dinja kollha li jgħoddu madwar 100 u li bħalissa qed iqattgħu xi żmien f’din il-belt, qed jagħtu sehemhom f’din il-produzzjoni. Hemm żewġ xifts u qed jipproduċu minn 3000 sa 5000 maskra kuljum. Ir-Reġjun tat-Toscana qed iqassam dawn il-maskri “made in Loppiano” l-aktar lill-operaturi u lil oħrajn li jaħdmu fid-djar tal-anzjani.

Colombo qalet: “Dħalna għal dan il-proġett konxji li qed ngħixu mument ta’ inċertezza kbira fejn ħadd m’għandu ideat ċari dwar kif ser tevolvi din is-sitwazzjoni u l-ħajja tagħna fix-xhur li ġejjien”. U kompliet tgħid li laqgħu din it-talba għax fiha raw li setgħu jagħtu sehemhom għal pajjiżhom, filwaqt li mill-banda l-oħra kien meħtieġ li f’dan il-mument ta’ kriżi jinstab ftuħ ekonomiku u ta’ xogħol.

Source: SIR News Agency


[:]

News, Dare to Care

Post navigation

Previous Post: [:mt]Hu jgħix![:en]Christ is alive![:]
Next Post: [:en]A crisis inviting us all to build one family[:]

More Related Articles

Pope Francis: “A revolutionary journey that did much good for the Church.” News
“Recognising Oneself, the Statutes: A Path and a Mirror” Lesson 4 News
Why another biography on Giordani? News

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Invitation to representatives of Lay Movements and Associations

Community Meetings

Word of Life

  • Word of Life September 2026

    Word of Life September 2026

    "Love does no harm to a neighbour; therefore love is the fulfilment of the Law" (Rom 13:10).

Follow us on Instagram

Publications

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Paradise ’49: the mystical dimension in Chiara Lubich

    Paradise ’49: the mystical dimension in Chiara Lubich

    July 3, 2026
  • New publication in Maltese: "Ngħixu l-Kelma" (Living the  Word)

    New publication in Maltese: "Ngħixu l-Kelma" (Living the Word)

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News Updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Sites of interest

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent posts

  • Pope Leo: "Be witnesses to a unity capable of building lasting peace."

    Pope Leo: "Be witnesses to a unity capable of building lasting peace."

    September 15, 2026
  • Video update on Forum in Jerusalem

    Video update on Forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram participates in the forum "Within Your Gates" in Jerusalem

    Margaret Karram participates in the forum "Within Your Gates" in Jerusalem

    September 7, 2026
  • Kala, an institution

    Kala, an institution

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)