Għadna kif smajna l-aħbar li Papa Franġisku mar jiltaqa’ mal-Mulej wara vjaġġ qaddis li fih ta xhieda awtentika ta’ ragħaj u dixxiplu tal-Imgħallem.
Grazzi, għażiż Papa Franġisku, għall-viċinanza tiegħek, anki mal-Moviment tagħna. Bil-kliem u bl-għemil tiegħek, inti komplejt issaħħaħna f’dik l-imħabba li tassew taf tħobb sal-aħħar, b’qalb miftuħa għal kulħadd.
Grazzi għall-ħidma kollha li wettaqt biex id-dinja tagħna tagħraf it-triq waħdanija tal-għaqda u tal-paċi.
Grazzi wkoll għall-wirt spiritwali kollu li ħallejt warajk, li żgur ikompli jkun ta’ ispirazzjoni kbira għall-Knisja u għad-dinja kollha.
Jalla l-Mulej jagħtik is-sliem u l-hena dejjiemi, u Marija, Omm il-Knisja, tilqek fi ħdanha.


English
Add Comment