Spiritwalita'

It-Tridu Paskwali

Riflessjonijiet dwar il-ġrajja tal-Akbar Imħabba


Ħamis ix-Xirka:

Ġesù għamel l-aħħar ikla mal-appostli u wara li ħaslilhom saqajhom, qalilhom: “Tafu x’għamiltilkom? Intom issejħuli l-Imgħallem u l-Mulej, u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll”.

Il-Ġimgħa l-Kbira:

“Ġesù refa’ s-salib u ħareġ lejn il-post imsejjaħ… Golgota. Hemm sallbuh ma’ tnejn oħra”, (Ġw 19, 17-18)

Riflessjoni:

“Nisimgħu fuq is-salib fir-Randan, inbusuh fil-Ġimgħa l-Kbira, indendluh fil-klassijiet … imma ma fhimniehx. Forsi l-iżball kollu qiegħed hawn: għadna ma fhimniex xinhi l-imħabba … L-imħabba hi l-ħajja t’Alla!.. Hi l-imħabba li wasslet lil Ġesù fuq is-salib… li salvat il-bnedmin u ffurmat il-qaddisin… Huma ħabbew is-salib u skoprew li s-salib hu dik iċ-ċavetta li biha tiftaħ teżor: is-salib jgħaqqad il-bniedem ma’ Alla”.
Chiara Lubich

“X’ħin sar nofsinhar waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu…. U f’xi t-tlieta Ġesù għajjat b’leħen qawwi: “… Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?’” (Mt 27, 45-46).

“Bdejna nifhmu li Ġesù Msallab u Abbandunat hu l-mudell għal dawk li jridu jħobbu lil Alla b’qalbhom kollha….għal min hu fqir fl-ispirtu…..għal min irid jiċċaħħad mill-ideat tiegħu….. Hu l-mudell ta’ għaqda sħiħa u perfetta… ta’ min ipoġġi t-tama tiegħu f’Alla….. hu li ħassu abbandunat mill-imħabba ntelaq f’idejn l-Imħabba”.
Chiara Lubich

“L-imħabba ta’ Alla…. hi ikbar mit-tradiment, mill-abbandun, mill-insulti, mill-vjolenza, mill-mibegħda, mill-għira, mill-kefrija. L-imħabba ta’ Alla hi ikbar minn dan kollu, u din l-imħabba narawha f’Ġesù fuq is-salib, li hu spjegaha b’mod sabiħ, meta qal: “Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu”. Ma konniex ħbiebu, imma qiesna bħala ħbiebu u ta ħajtu għalina. Din hi l-imħabba kbira li naraw f’Ġesù msallab”.
L-Isqof J. Galea Curmi

Ħadd il-Għid:

Wara s-skiet fil-jum tas-Sibt li ngħixuh flimkien ma’ Marija, l-Omm li baqgħet wieqfa fejn is-Salib, nistennew b’ħerqa l-Ħadd tal-Qawmien. F’waħda mill-udjenzi tiegħu dwar “il-Qawmien ta’ Kristu u l-Isfidi fid-dinja tallum”, Papa Ljun XIV qal:

“Il-Qawmien tiegħu, fit-tielet jum, huwa l-bidu ta’ storja ġdida. Id-dixxipli saru aħwa b’mod sħiħ, mhux biss għax ġarrbu n-niket tal-mewt ta’ Ġesù, imma, fuq kollox, għax għarfuh bħala l-Irxoxt… u saru xhieda tiegħu.


Aqra aktar:

Il-Ġimgħa Mqaddsa: “Dak kollu li nfakkru f’dawn il-jiem huwa mħabba.”


 

Tags

Add Comment

Click here to post a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.