Rocca di Papa, 21 ta’ April 2025
Il-messaġġ ta’ Margaret Karram, President tal-Moviment tal-Fokolari dwar it-tluq lejn is-Sema ta’ Papa Franġisku.
“Ħassejt niket profond meta sirt naf li l-maħbub Papa Franġisku ħalla din id-dinja biex imur f’dar il-Missier. Ningħaqdu mal-Knisja kollha biex inrodduh lil Alla, fil-waqt li nroddu hajr għal dan l-eżempju straordinarju u don ta’ mħabba li l-Papa kien għal kull persuna u kull poplu.
Kien hemm ħafna mumenti matul il-pontifikat tiegħu, meta ħassejna li l-Papa hu ragħaj li jħobb u li jgħix qrib ħafna, anki tal-Moviment tal-Fokolari: hu dejjem laqagħna u wriena kif għandna nimxu biex inkunu xhieda tal-Vanġelu b’kuraġġ u radikalità.
Fost il-ħafna mumenti li għexna miegħu, żgur li ma ninsewx dak li qalilna meta l-Assemblea Ġenerali tal-Fokolari kellha udjenza miegħu fl-2021:
“(..) Araw li tibqgħu tisimgħu dejjem l-għajta tal-abbandun ta’ Kristu msallab li turi kemm hi tassew kbira l-imħabba. Il-grazzja li nieħdu minnha tqanqal lilna, midinbin dgħajfa, biex inwieġbu b’mod ġeneruż u xi drabi b’mod erojku; u tista’ tibdel it-tbatijiet u saħansitra t-traġedji f’għajn ta’ dawl u tama għall-umanità”.
U fl-aħħar ma nistax ma nsemmix ukoll l-imħabba u l-attenzjoni tal-Papa għalija personalment, għat-tbatijiet tal-poplu tiegħi fl-Art Imqaddsa. U nħossni tassew grata li ġejt imsejħa biex nieħu sehem fis-Sinodu dwar is-Sinodalità, fejn hu stess fetħilna l-bibien ta’ Knisja Sinodali, li issa qed tagħmel il-passi tagħha fid-dinja kollha
Flimkien mal-Moviment tal-Fokolari fid-dinja kollha, ningħaqad fit-talb mal-Knisja Universali u ma’ dawk kollha ta’ rieda tajba, ċerta li l-Madonna “Salus Populi Romani”, li l-Papa kellu devozzjoni kbira lejha, tilqgħu fis-Sema b’dirgħajha miftuħa”
Margaret Karram
President tal-Moviment tal-Fokolari
Sors: https://www.focolare.org/en/thank-you-pope-francisco/
Add Comment