Messaġġ tal-Awguri tal-Milied mill-President tal-Moviment tal-Fokolari, Maria Voce.
Il-Milied it-tajjeb, il-Milied it-tajjeb lil kulħadd!
U x’Milied f’din is-sena ta’ pandemija! Milied fil-pandemija. Qed naraw ħafna affarijiet koroh: faqar li jġib miegħu l-ġuħ, ġuħ li qiegħed dejjem aktar jinfirex; gwerer li ma jidhrux u oħrajn li għadhom għaddejjin; diżastri minħabba l-klima u bidliet li qed ikunu ta’ riskju għad-dar komuni tagħna.U dan kollu jwassalna biex ngħidu: imma Ġesù ġie f’din id-dinja, ġie u sar bniedem, u ħa fuqu dak kollu li hawn f’din id-dinja; ġie għax iħobbna u ried jurina l-imħabba tiegħu.
Għalhekk, meta naraw din l-imħabba kbira tiegħu, min-naħa l-waħda nagħrfu x-xejn tagħna u nħossuna grati lejh għal din l-imħabba li Hu jurina; u min-naħa oħra Hu jqanqalna biex nagħmlu bħalu. Hu jħeġġiġna nħarsu madwarna u nippruvaw naslu għand kulħadd; nibdew minn dawk li huma mwarrbin, il-foqra, dawk l-aktar umli, l-abbandunati, l-immigranti, dawk li jinsabu waħidhom, il-morda, it-tfal, dawk kollha li huma fil-bżonn. U jħeġġiġna nħobbuhom b’kull mod li nistgħu: naqsmu magħhom l-għożża u l-ħsieb tagħna, naqsmu magħhom il-ġid li għandna, u anki nkunu lesti li nirriskjaw ħajjitna għalihom kif għamel Hu.
Hekk allura jkollna tassew Milied tajjeb, jiġifieri jkun Milied mimli tjubija, u għax ikun Milied mimli b’dak li hu tajjeb, ikun ukoll Milied ta’ serenità, ta’ tama, ta’ ferħ.
Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd!
Maria Voce
Be the first to comment