11 ta’ Awwissu: tifkira ta’ Santa Chiara ta’ Assisi

Xtaqna naqsmu magħkom silta minn dak li Chiara Lubich qalet fil-11 ta’ Awwissu 1987, meta sellmet lill-membri tal-Moviment tal-Fokolari fl-okkażjoni ta’ din il-festa.

“(…) Illum hi l-ġurnata li fiha nfakkru lil Santa Chiara t’Assisi. Sa minn meta konna għadna żgħar dejjem laqatna dak li Santa Chiara qalet lil San Franġisk meta dan kaxkarha għal warajh biex timxi fi triqtu. San Franġisk kien staqsieha: “Binti x’tixtieq?” Kont tistenna li tgħidlu: “Irrid nimxi warajk fit-triq tal-faqar, irrid insir soru, irrid ningħalaq f’kunvent”. Iżda minflok, meta staqsieha: “Binti x’tixtieq?”, hi wieġbet: “Alla”.

Xtaqet lil Alla għax għażlet lil Alla, għax Alla għażilha.

Din hi l-istess għażla li aħna għamilna fil-bidu tal-Moviment; għamilna għażla waħda: Alla. Hu feġġ minn fost il-bumbardamenti u l-affarijiet l-oħra kollha. U aħna emminna f’Alla u għamilnieh l-Ideal ta’ ħajjitna. U din l-għażla t’Alla narawha dejjem xi ħaġa ġdida, għax twassalna biex inwarrbu dak kollu li bih nistgħu nsiru sinjuri, forsi anki bla ma nindunaw. Nistgħu nsiru sinjuri bil-fokolare, b’xi affarijiet, bil-ħsieb tagħna, bl-istudju, bi qrabatna (…) u b’tant affarijiet oħra.

L-ideal tagħna hu Ġesu’ abbandunat, li sar xejn, li xejjen lilu nnifsu, u Hu jwassalna biex inwarrbu dan kollu ħalli npoġġu lil Alla fl-ewwel post, u l-bqija nagħmluh għax ikun rieda t’Alla għalina.

Dan hu li qed terġa’ tfakkarna Santa Chiara llum. Hi għamlitu billi għażlet it-triq tal-faqar; aħna nagħmluh billi nagħżlu t-triq tal-unita’, billi nżommu l-preżenza ta’ Ġesu’ fostna, billi Ġesu’ li qam mill-mewt ikun fostna għax inħobbu lil Ġesu’ abbandunat”.

Chiara Lubich
Mollens (Svizzera), 11 ta’ Awwissu 1987

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. See our website data policy in the footer below.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.