Fl-11 ta’ Awwissu niċċelebraw il-festa ta’ Santa Chiara t’Assisi. F’din il-ġurnata, għal snin, il-Moviment tal-Fokolari kien jiffesteġġa wkoll lil Chiara Lubich. Meta twieldet hi kienet ġiet mogħtija l-isem ta’ Silvia Lubich, iżda aktar ‘l quddiem ħadet l-isem ta’ Chiara, għax, kif irrakkuntat hi stess fir-rivista «Fides» fl-1948, tant kienet milquta mill-għażla ta’ Alla li għamlet il-Qaddisa ta’ Assisi.

«Kien żmien il-gwerra. U aħna, tfajliet li kellna għal qalbna tant ħolm dwar il-ġejjieni: dar, skola, persuni għeżież, karriera… bdejna naraw kollox jiġġarraf quddiem għajnejna. U l-Mulej lissen bil-fatti waħda mill-kliem eterni tiegħu: «Kollox huwa frugħa, xejn ħlief frugħa…». (…)
U ntbaħna li ideal wieħed huwa veru u ma jmut qatt: Alla. Filwaqt li bdejna naraw il-qerda li ġabet tant mibegħda, fil-moħħ żagħżugħ tagħna feġġ b’mod ħaj Dak li ma jmutx. RajnieH u ħabbejnieH fl-essenza tiegħu: «Deus caritas est».
Il-ħsibijiet u l-aspirazzjonijiet tagħna kienu ssiġillati minn bint oħra ta’ żmenijiet oħra, li ma tantx kienu differenti minn dawk tagħna: Chiara t’Assisi. Din għarfet iddawwal bid-dawl divin tagħha dlamijiet id-dnub u ssaħħan qlub kiesħa silġ bl-egoiżmu, il-mibegħda u l-ħdura.
Hi wkoll rat il-frugħa tad-dinja, għax il-Fqajjar t’Assisi, eżempju ħaj tal-faqar, għallimha «titlef kollox biex tirbaħ lil Ġesù Kristu».
Meta f’nofs ta’ lejl ħarbet mill-kastell tax-Scifi biex tmur il-Porziuncola u l qaddis staqsieha:«Binti x’tixtieq?», hi wkoll wieġbet: «Alla».
Impressjonana l-fatt li din iż-żagħżugħa sabiħa, ta’ tmintax-il sena, mimlija tama, għarfet tiġbor ix-xewqat kollha ta’ qalbha f’Dak li hu biss jistħoqqlu mħabbitna. U bħalha, aħna ħassejna l-istess xewqa.
U għidna: «Alla hu l-ideal tagħna. Kif nagħmlu biex nagħtuh lilna nfusna b’mod sħiħ?». It-tweġiba tiegħu kienet: «Ħobbni b’qalbek kollha….».
U kif inħobbuh? «Min iħobbni jħares il-kmandamenti tiegħi. Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek». Ħarisna lejn xulxin u ddeċidejna li «nħobbu lil xulxin biex inħobbu lilU».
Aktar ma wieħed “jgħix”il-Vanġelu, aktar jifhem».
Chiara Lubich
Rivista «Fides» fl-1948
Be the first to comment