Festa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema
“… Dħalt fi Knisja u b’kunfidenza kbira staqsejt lil Ġesu’: ‘Għaliex Int, li int Alla u ridt li tibqa’ magħna hawn fuq din l-art, f’kull parti tad-dinja fl-Ewkaristija mqaddsa, ma sibtx xi mezz kif tħalli magħna anki lil Marija, l-omm tagħna lkoll li tant neħtieġu l-għajnuna tagħha fil-vjaġġ tal-ħajja.’
U mis-skiet tat-tabernaklu deherli li bħal smajtu jweġibni: ‘Ma ħallejtx lil Marija fuq l-art għaliex irrid naraha tgħix fik. Anki jekk m’intomx bla tebgħa ta’ dnub, imħabbti ssaffikom, u intom tiftħu dirgħajkom u qlubkom ta’ ommijiet għall-bnedmin kollha, li llum ukoll huma bil-għatx għal Alla u għall-Omm tiegħu.
Issa jmiss lilkom li ttaffu t-tbatijiet, tfejqu l-ġrieħi, tixxuttaw id-dmugħ. Kantaw il-litaniji u fittxu li jkunu għalikom bħal mera.'”
Chiara Lubich, Meditazzjonijiet, p.44
Be the first to comment