“Illum Ħamis ix-Xirka, il-festa tagħna.”

Meditazzjoni ta’ Chiara Lubich għall-Ġimgħa Mqaddsa

Illum Ħamis ix-Xirka, il-festa tagħna. Bħal-lum ħafna snin ilu, Ġesu’ ta lid-dixxipli tiegħu l-kmandament il-ġdid, li hu għalina l-liġi fundamentali u l-bażi ta’ kull regola oħra. Bħal-lum Ġesu’ talab għall-unita’: “ Ħa jkun lkoll ħaġa waħda”. Bħal-lum waqqaf l-Ewkaristija, li tagħtina l-preżenża tiegħu u tgħaqqadna miegħu u bejnietna. U kien bħal-lum ukoll meta waqqaf is-saċerdozju u hekk jista’ jkollna l-Ewkaristija. Għamel dan kollu f’ġurnata waħda.

X’irridu aktar minn hekk? Illum hi l-festa tagħna, li spiss ngħixuha b’emozzjoni kbira, li ma tinħassx fi żmien ieħor tas-sena. Dan hu l-waqt li ngħidu grazzi lil Ġesu’, li ngħidulu grazzi kbira li toħroġ mill-fond ta’ qlubna u titla’ lejn is-sema.

Kif kienet tkun ħajjitna kieku ma kellniex il-kmandament il-ġdid, kieku ma kellniex l-Ewkaristja u l-ideal tal-unita’?

Chiara Lubich

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.