Inġeddu l-patt ta’ l-imħabba reċiproka

Silta minn ħsieb ta’ Chiara Lubich nhar Ħamis ix-Xirka 12 ta’ April 1990

Illum Ħamis ix-Xirka, ġurnata speċjali għax illum infakkru u ngħixu mill-ġdid ġabra ta’ diversi misteri tal-fidi tagħna u tal-Ideal tagħna.

Dan hu jum l-imħabba, għax dak li ser infakkru fih hu kollu mħabba.

Imħabba hu s-saċerdozju ministerjali, li twaqqaf f’dak il-Ħamis ix-Xirka mbiegħed (…).

Imħabba hi l-Ewkaristija, li permezz tagħha, Ġesù jagħtina lilu nnifsu.

Imħabba hi l-unità, li bħal-lum Ġesù talab għaliha lill-Missier.

Imħabba hu l-Kmandament Ġdid li ħallielna.

Nixtieq ngħid ħaġa oħra fuq dan il-Kmandament ġdid.

(…) Illum jibda t-tridu tal-Għid. Huma tlett ijiem solenni. F’wieħed minn dawn il-ġranet tajjeb li nsibu mument solenni li fih (..) inġeddu l-Patt li għamlu l-ewwel fokolarini meta ddikjaraw lil xulxin: “Jiena lesta li mmut għalik, jien għalik (…)”.

Il-Patt li għamilna dak iż-żmien kien il-ġebla tax-xewka għall-Moviment. F’dak il-Patt Ġesù poġġa lilu nnifsu fostna. Ejjew insibu l-mezz biex inġedduh. Imbagħad nagħmlu ħilitna biex ngħixuh. Hekk inkunu l-ħaddiema ewlenin għal dinja magħquda. Ġesù li qam mill-mewt jiddi aktar fostna bl-Ispirtu tiegħu kif titlob il-festa tal-Għid li qed inħejju ruħna għaliha.

Mingħajr ma ninsew li għada, il-Ġimgħa l-Kbira, tfakkarna f’Ġesù abbandunat, iċ-ċavetta divina li tagħmilna tassew lesti biex immutu għal xulxin.

L-Għid it-tajjeb lil kulħadd. Jalla Ġesù Rxoxt jgħammar fostna!”

Chiara Lubich

 

 

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.