Nagħmlu l-esperjenza tal-qawmien mill-mewt billi nħobbu lil ħutna

Maria Voce, president tal-Moviment tal-Fokolari tibgħat l-awguri tagħha għal dan il-Għid: nagħmlu l-esperjenza kontinwa tal-qawmien mill-mewt billi nħobbu lil ħutna l-bnedmin. B’hekk biss inkunu nistgħu negħlbu t-tbatija ta’ dan iż-żmien tal-pandemija u kull tbatija oħra.

Għid Qaddis 2020

Għeżież ilkoll,

Din is-sena, il-Qawmien ta’Ġesù mill-mewt għal ħajja ġdida jpoġġi quddiemna mistoqsija u jsibna qed nisimgħu.

Huwa propju hawnhekk li jgħinuna l-fidi u l-kariżma tagħna: insibu t-tweġiba f’Ġesù msallab u abbandunat, Alla taż-żmien li qed ngħixu fih bħalissa u ma nifhmuhx. Anki s-solitudni li forsi qed ikollna ngħixuha bil-fors, jekk ngħixuha miegħU, tista’tkun mimlija b’ħafna nies u timtela’ bis-Saltna tiegħu. Huwa biss jekk nagħżlu lilU u nħaddnuh b’mod esklussiv f’kull tbatija, li aħna u l-bnedmin kollha nsibu t-triq lejn id-dawl, lejn twelid ġdid.

ĠESÙ QAM! Ejjew nagħmlu din l-esperjenza: ngħaddu bla waqfien mill-mewt għall-qawmien u nipproponuha lil ħafna, lil kulħadd.

Hekk, inħejju ruħna għal għada u npoġġu bażi solida għad-dinja meta nerġgħu nkunu nistgħu niltaqgħu u nħaddnu lil xulxin.

L-GĦID IT-TAJJEB!

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.