Marija Deżolata

Silta meħuda minn kitba ta’ Chiara Lubich

Meta nħarsu lejn Marija f’riġlejn is-salib, naraw l-espressjoni l-aktar għolja
ta’ kreatura umana li għarfet tgħix kull virtu’ b’mod erojku.

Hi l-mansweta per eċċellenza, hi dik ta’ qalb ħelwa,
Hi l-fqira li għarfet titlef saħansitra lil Binha Alla,
Hi l-mara ġusta li ma tilmentax għax ġiet miċħuda minn dak li hu tagħha. (…)
F’Marija Deżolata naraw it-trijonf tal-virtu’ tal-fidi u tat-tama
li l-imħabba kebbset fiha matul ħajjitha kollha (…)

Marija Deżolata  hi l-Qaddisa per  eċċellenza.
Irrid ngħix lilha, irrid ngħix iċ-ċaħda li għexet hi.
Irrid li bħalha nkun kapaċi noqgħod waħdi ma’ Alla,
fis-sens li  għalkemm ngħix fost ħuti l-bnedmin,
imma  ħajti tkun djalogu intimu miegħU l-ħin kollu.

Jeħtieġ li nagħraf niċċaħħad minn kliem, ħsibijiet, azzjonijiet li ma jkunux filwaqt t’Alla,
u nħawwilhom sew fil-mument maħsub għalihom.
Marija Deżolata hi t-triq ċerta tal-qdusija,
l-għajn dejjema ta’ għaqda ma’ Alla, li minnha jfawwar il-ferħ.
Marija Deżolata!
Din  hi l-“eureka” tiegħi! Iva sibtha, sibt triqti!

 

 

 

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.