Ġesu’ jrid li jagħti lilna il-paċi vera
Fil-messaġġ għall-55 Jum Dinji għall-Paċi, li Papa Franġisku ta fl-1 ta’ Jannar, hu qal: “Tiddjaloga jfisser tisma’, tikkonfronta, tiftiehem u timxi flimkien. Jekk dan kollu tagħtih imbuttatura fost il-ġenerazzjonijiet ikun ifisser li trattab l-art iebsa u sterili tal-kunflitt u tar-rimi biex tiżra’ ż-żerriegħa ta’ paċi dejjiema u mifruxa ma’ kullimkien”. Fis-silta li ġejja, Chiara Lubich ukoll tistedinna nibnu relazzjonijiet ta’ djalogu li jwasslu għall-paċi. […]