Ġesu’ jrid li jagħti lilna il-paċi vera

Fil-messaġġ għall-55 Jum Dinji għall-Paċi, li Papa Franġisku ta fl-1 ta’ Jannar,  hu qal: Tiddjaloga jfisser tisma’, tikkonfronta, tiftiehem u timxi flimkien. Jekk dan kollu tagħtih imbuttatura fost il-ġenerazzjonijiet ikun ifisser li trattab l-art iebsa u sterili tal-kunflitt u tar-rimi biex tiżra’ ż-żerriegħa ta’ paċi dejjiema u mifruxa ma’ kullimkien”.  

Fis-silta li ġejja, Chiara Lubich ukoll tistedinna  nibnu relazzjonijiet ta’ djalogu li jwasslu  għall-paċi. 

Ġesu’ ġie biex jibni relazzjonijiet għal kollox ġodda bejn nies, bejn raġel u mara, tifel u tifla,  koppja miżżewġa, ġenituri u wlied, għalliema u studenti, ħaddiema u sidien, impjegati u managers, ċittadini u mexxejja,  razza u oħra, ġens u ieħor, nazzjon u ieħor.

Ġesu’ jrid li jibni ordni soċjali ġdid, ibbażat fuq il-ġustizzja, ir-rispett u l-fraternita’ umana vera. Ġesu’ jrid li jagħti lilna, kemm bħala individwi kif ukoll bħala komunita’, il-paċi vera, il-paċi divina li Hu biss jista’ jagħti.

Imma, biex dan iseħħ, hemm bżonn li nimxu warajH, ukoll jekk mal-ewwel daqqa t’għajn jidher li qed jitlob ħafna minna. Hemm bżonn li ngħixu l-Kelma tiegħu, kull wieħed u waħda minna skont il-kundizzjoni ta’ ħajja li hu msejjaħ biex jgħix.

Chiara Lubich

(Chiara Lubich, in Words of Life , edited by Fabio Ciardi, “Works of Chiara Lubich”, New City, 2017, p. 362)

 

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.