3 ta’ Awwissu 2023
Papa Franġisku wasal Lisbona l-bieraħ fil-għodu. Wara ċ-ċeremonja uffiċjali ta’ merħba, hu ltaqa’ mal-President tar-Repubblika, mal-Awtoritajiet, mas-Soċjeta’ ċivili u mal-Korp Diplomatiku; imbagħad wara nofsinhar hu kellu laqgħa mal-Prim Ministru tal-Portugall fin-Nunzjatura Appostolika. Saret ukoll laqgħa ta’ talb li għaliha kienu preżenti isqfijiet, saċerdoti, djakni, persuni kkonsagrati, seminaristi u operaturi pastorali. F’din il-laqgħa l-Papa qal: “Hemm bżonn nerġgħu nkalaw ix-xbiek … Hemm bżonn inħallu lil Ġesu’ jerġa’ jitla’ fuq id-dgħajsa”.
Intant matul dan il-jum kien hemm diversi attivitajiet mhejjija għaż-żgħażagħ li jinsabu miġbura f’Lisbona u li ġiet imsejħa “City of Joy”. Il-programm kien jinkludi youth festivals, attivitajiet sportivi u katekeżijiet/rise up encounters. Iż-żgħażagħ Maltin qalulna li ħadu sehem f’encounter li tmexxa mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Anton Thewma, Isqof t’Għawdex.
Margaret Karram u Jesus Moran ukoll taw is-sehem tagħhom f’wieħed minn dawn l-encounters. Fl-interventi tagħhom, it-tnejn semmew l-esperjenza personali tagħhom, u fil-waqt li Margaret tkellmet dwar xi tfisser Marija għalina u x’tgħidilna fil-ħajja tal-lum, Jesus tkellem dwar il-vokazzjoni.
Vivienne Attard
Ara iċ-ċeremonja uffiċjali ta’ merħba:
https://fb.watch/mbDFiEipKw/
Be the first to comment