Li kieku llum kont ser inħalli din l-art u kellkom tistaqsuni kelma tal-aħħar dwar l-Ideal tagħna, kont ngħidilkom kelma li żgur tifhmuha fis-sens l-aktar preċiż tagħha: “Kunu familja”.
Hemm fostkom min qed ibati minħabba provi spiritwali jew morali? Ifhmuhom bħalma tifhimhom omm u aktar minn hekk; dawluhom bil-kelma u bl-eżempju. Araw li ma jkun jonqoshom xejn, anzi araw li tikber aktar is-sħana tal-familja
Hemm fostkom min qed ibati fiżikament? Dawn għandhom ikunu ħutna l-aktar ippreferuti. Batu magħhom. Fittxu li tifhmu sew it-tbatija tagħhom. Aqsmu magħhom il-frott tal-ħajja appostolika tagħkom, sabiex huma jkunu jafu li, aktar minn oħrajn, qed jagħtu sehemhom għal dan il-frott.
Hemm dawk li qed imutu? Immaġinaw li kontu intom minflokhom u agħmlu magħhom dak li tixtiequ jkun magħmul magħkom sal-aħħar nifs.
Hemm xi ħadd li qed jifraħ minħabba xi suċċess jew xi raġuni oħra? Ifirħu miegħu, biex il-faraġ tiegħu ma jispiċċax fix-xejn u qalbu tingħalaq, imma biex il-ferħ tiegħu jkun il-ferħ ta’ kulħadd.
Hemm xi ħadd li ser jitlaq? Tħalluhx imur qabel ma timlewlu qalbu b’wirt wieħed: is-sens ta’ familja biex jieħdu miegħu fejn ikun sejjer.
L-ebda attività, lanqas dik spititwali jew appostolika, m’għandha tiġi qabel l-ispirtu ta’ familja ma’ dawk li inti tgħix magħhom.
U kulfejn tmorru biex twasslu l-ideal ta’ Kristu u tinfirex il-familja kbira tal-Opra ta’ Marija, l-aħjar ħaġa li tistgħu tagħmlu – u m’hemm xejn aħjar minnha – hi li b’mod diskret u bi prudenza, imma b’deċiżjoni tfittxu li toħolqu l-ispirtu ta’ familja. Dan hu spirtu umli, jixtieq il-ġid lill-oħrajn, ma jiftaħarx…. hu l-imħabba vera u sħiħa
Insomma, li kelli niġi biex nitlaqkom, inħalli lil Ġesù fija jtennilkom: “Ħobbu lil xulxin… sabiex ilkoll ikunu ħaġa waħda.”
Chiara Lubich
(Source: Essential Writings, New City Press, p.48, “A legacy: Be a family”)
Be the first to comment