Kull idea hi responsabbiltà

Il-pandemija tal-Coronavirus sfaxxat  programmi, strutturi u proċeduri fl-oqsma kollha tal-ħajja tal-bniedem. Kullimkien qed tinħass il-ħtieġa ta’ kreattività  biex jinsabu tweġibiet għall-isfidi li qed iġġib magħha din is-sitwazzjoni. Dak li Chiara Lubich kienet qalet fis-1983 hu attwali ħafna għal-lum.

“Alla jkellimna b’diversi modi: fost dawn hemm l-ispirazzjonijiet tal-Ispirtu s-Santu. Għalhekk jeħtieġ li naqdu lil Alla anki billi nimxu skont dawk l-indikazzjonijiet li jiġu minn dik il-vuċi sottili tal-Ispirtu s-Santu li tkellimna fir-ruħ tagħna.

L-Ispirtu s-Santu! It-Tielet Persuna Divina li hu Alla, bħalma hu l-Missier u anki l-Verb! Hu jinsab fil-qlub tal-Insara; għalhekk Hu jinsab hawn f’qalbi u fil-qalb ta’ ħutna l-oħrajn. (…)

Ejjew insiru studenti attenti u tenaċi ta’ dan l-Imgħallem kbir. Ejjew nagħtu attenzjoni lit-tokki misterjużi u delikati tiegħu. Ejjew ma nitilfu ebda waħda minn dawk li jistgħu jkunu l-ispirazzjonijiet tiegħu.

Fl-ewwel żmenijiet tal-Moviment tagħna mxejna ħafna għax konna ngħixu l-motto: “Kull idea hi responsabbiltà”; konna nżommu f’moħħna li l-ideat li jiffjorixxu fil-moħħ ta’ persuna li ddeċidiet li tħobb, spiss huma ispirazzjonijiet tal-Ispirtu s-Santu.

U għalfejn jagħtihomlna? Biex ikunu ta’ ġid għalina u permezz tagħna jkunu ta’ ġid għad-dinja, biex inkomplu r-rivoluzzjoni tagħna ta’ mħabba.

Attenzjoni allura: ejjew inħossu li kull idea, l-aktar jekk naħsbu li tista’ tkun ispirazzjoni, hi responsabbiltà li rridu nilqgħuha u ngħixuha.

Jekk nagħmlu dan, inkunu sibna mod tassew tajjeb biex inħobbu, nagħtu ġieħ u nirringrazzjaw lill-Ispirtu s-Santu”.

Chiara Lubich

(Mollens, Svizzera, 1 ta’ Settembru 1983)

 

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.