Marija Reġina

Festa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema

“(…) jekk Marija hi Reġina, jeħtieġ li ssaltan! Imma hi Reġina b’imħabba, kif Ġesù hu sultan b’imħabba. Dan ifisser li Hi ssaltan fuqna jekk aħna nħalluha ssaltan  fuqna, għaliex l-imħabba tirrispetta l-libertà.

Marija hi Reġina b’imħabba, imma Reġina, u bħall-aħjar slaten hi tmexxi s-sudditi tagħha d’dedikazzjoni liema bħalha. Hi trid tkun dik li toqgħod f’ras l-armata u tiġġieled biex tħares lil uliedha meta dawn ikunu fil-periklu. Anki f’dawn iż-żmenijiet naħseb li Marija qed tippjana biex tmexxi gwerra.

Marija tmexxi battalja u tirbaħ!

Hi tgħallem lil uliedha  kif jużaw l-armi tas-sema biex jeħilsu bosta  priġunieri minn taħt idejn l-għadu, billi jirbħuhom b’dik l-imħabba li hi aktar qawwija mill-mewt”.

(Chiara Lubich- Meditazzjonijiet P. 136-137)

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.