Dik li int tinsab fis-skiet tat-tabernaklu hi ħaġa li ma tifhimhiex, hi xi ħaġa ta’ l-għaġeb; iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar inħossha tolqotni.
Niġi fil-Knisja kull filgħodu biex inħobbok u nsibek hemm. Ngħaddi b’kumbinazzjoni, jew għax imdorrija u nsibek hemm. U kull darba inti għandek kelma xi tgħidli u x’nirranġa, u ssawwar fija innu wieħed magħmul minn ħafna noti, hekk li issa sirt nafu bl-amment u din il-kelma mhix ħlief: l-imħabba eterna.
Alla ma setax jagħmel ħaġa aqwa minn din. Dak is-skiet tiegħu li fih l-istorbju tal-ħajja tagħna jiskot xi ftit, dak it-taħbit sieket ta’ qalbu, li jixxotta kull demgħa minn għajnejna, li hu isbaħ mill-kant ta’ l-anġli, li lil moħħna jgħidlu min hu l-Iben ta’ Alla u lill-qalb ifarraġha bi ħlewwa divina.
Dak is-skiet li fih kull vuċi ssib postha, kull talba tinstema’, f’dik il-preżenza tiegħek hemm il-ħajja u t-tama, u fih qalbna ssib il-mistrieħ tagħha biex bla heda hi terġà taqbad triqtha.
Chiara Lubich
Be the first to comment