Silta meħuda minn meditazzjoni ta’ Chiara Lubich, 25 ta’ Settembru 1986.
“(…) Kif nafu, hemm diversi modi kif nistgħu noqogħdu ma’ Maria matul il-ġurnata. Naħsbu fiha meta ngħidu t-talb ta’ filgħodu u ta’ filgħaxija. Niftakru fija matul il-Quddiesa , meta nagħmlu żjara lil Ġesu’ u meta ngħidu r-Rużarju u nsellmulha għal aktar minn ħamsin darba bit-talba tal-Ave Maria.
Iżda jekk dan it-talb għandu l-importanza tiegħu matul il-ġurnata tagħma, illum nixtieq li nitkellem fuq kollox fuq ir-rabta li jeħtieġ ikollna ma’ Maria, rabta li trid tkun ħajja matul il-ġurnata kollha u li trid issir dejjem aktar profonda skont l-unita’ li nibnu ma’ din l-Omm tant maħbuba u l-Leader tagħna.
Issa x’tagħmel omm għal binha? Nafu li għalih tagħmel kollox bla ma tkejjel xejn. Tajjeb, issa jekk omm fuq din l-art tagħmel dan, mela x’tagħmel l-Omm tas-Sema? Jeħtieġ inkunu konvinti mill-imħabba daqshekk speċjali tagħha. Maria tħobbni? Anzi tħobbni b’mod partikulari? Mela, ma nistax ma jkollix fiduċja għamja fiha, li tista’ tagħmel tant fil-ħajja tagħna. Għalhekk nafda f’idejha dak kollu li għandu x’jaqsam miegħi, mhux biss lili nnifsi, imma l-ħsibijiet tiegħi, dak kollu li jippreokkupani, dak kollu li jtaqqalni, dak kollu li jweġġagħni. (…)
Għeżież, qed ngħidilkom dan kollu għax l-esperjenza wrietni li meta aħna nieħdu l-imħabba ta’ Maria bis-serjeta’, hi ma tonqosx milli turi l-imħabba tagħha lejna. Ippruvaw ħalli taraw intom ukoll.”
Chiara Lubich
Conference Call, Svizzera, 25/9/1986
Be the first to comment