Ħsieb ta’ Chiara Lubich, ottubru 2005
“Ir-realtà li fuqha tinbena l-familja tagħna hi l-għajxien ta’ Ġesù f’nofsna, għajxien li nibnuh u nerġgħu nibnuh, li nkabbruh billi naqsmu l-ħajja li hemm fiż-żoni differenti u li nsaħħuh bl-interess reċiproku bejn iċ-Ċentri u l-periferija.
Jekk darba kont għidt li l-imħabba ta’ omm ( li m’għandhiex limitu, li ma taħsibx fiha nnifisha, li taħfer dejjem, li kollox tittama….) hi dik li l-aktar tixbah l-imħabba divina, li l-imħabba ta’ missier hi dik li tista’ sserraħ fuqha u tagħtik sigurta’, li l-imħabba tal-aħwa tagħtik il-kuraġġ u l-ideali komuni biex taffronta l-ħajja, “l-imħabba lreċiproka” tagħna għandu jkollha t-togħma ta’ dan kollu!
Meta mmorru fid-dinja, qatt m’għandna nitilfu r-realtà li aħna parti minn familja meraviljuża b’rabta tal-Ispirtu s-Santu!
Nieħdu ħsiebha l-intimita’ ta’ din il-familja fil-waqt li nieħdu sehem fil-ferħ u t-tbatija ta’ dawk li jagħmlu parti minnha. Inżommu ħaj l-iskop li għalih Alla welled il-Familja tagħna, l-Opra: li nagħtu xhieda tal-unità.
Unità bħal dik li hemm fit-Trinità Qaddisa, li Ġesù talab għaliha (ara Ġw 17,21). Xi skop sabiħ u divin! Li fuq l-art tgħammar l-unita’, bħal dik li kien hemm fil-familja ta’ Nażaret!
Niftakar li snin ilu nkont tlabt lil Marija biex fuq din l-art tifforma “Familja b’ulied li kollha jkunu Hi, Marija”.
Illum, b’kommozzjoni u rikonoxxenza lejn Alla, naraw l-Opra ta’ Maria, li l-Knisja tirrikonoxxiha bħala “preżenza ta’ Marija u kontinwazzjoni tagħha fuq l-art” (ara Statuti Ġenerali art. 2). Dik il-familja saret realtà: hi l-Familja ta’ Marija.”
Chiara Lubich
Be the first to comment