Il-Ġimgħa l-Kbira ngħixuha kuljum

Il-Ġimgħa l-Kbira ngħixuha kuljum. Fl-aħbarijet nisimgħu b’tant delitti u attenti ta’ qtil, b’tant vjolenza diżumana u b’tant krib ta’ tbatija;  f’dan kollu tidwi l-għajta ta’ Ġesù fuq is-Salib: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?” Iżda din l-għajta ma baqgħetx bla tweġiba. Ġesù ma baqax f’dik it-tbatija infinita, iżda mill-ġdid (…)  reħa ruħu  f’idejn il-Missier, għeleb it-tbatija (…) u b’hekk wassal il-bnedmin fi ħdan il-Missier u  wassalhom biex jinħabbu bejniethom.

(…)  Fid-dinja tagħna hemm ħtieġa kbira għal dik l-imħabba tal-aħwa  li ntrebħet permezz tas-salib. Minn fuq is-salib Ġesù jagħtina l-lezzjoni l-aktar kbira, divina, erojka dwar xihni l-Imħabba: imħabba li ma tagħmilx distinzjoni, li tħobb lil kulħadd, li ma tistenna xejn lura (…)

Din l-imħabba għandha qawwa divina, tista’ ġġib rivoluzzjoni qawwija nisranija, li tinvadi mhux biss il-qasam spiritwali, imma wkoll dak uman, filwaqt li ġġedded kultura, poltika, ekonomija, xjenza, komunikazzjoni (…).

Din hi l-lotta l-aktar radikali li nistgħu nagħmlu (…); turi l-qawwa tal-Qawmien li tirbaħ il-mibegħda u l-mewt.

Silta meħuda minn kitba ta’ Chiara Lubich, 8.04.2004

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.