“(…) Jum il-Qawmien.
Nixtieq nawguralek (…), għax naf kemm tiswa int. La d-deheb u lanqas l-univers kollu ma jista’ jħallas għar-ruħ tiegħek mifdija bid-demm ta’ Alla.
Ma nafx jekk nistax niġbor fi ftit kliem dak li nixtieq ngħidlek; ismagħni:
Qum għal ħajja ġdida u emmen li Alla jħobbok.
Niżgurak mill-milja tal-ferħ fuq din l-art u ħajja ta’ alleluia dejjiema.
Kull ferħ veru jinbet minn żewġ fjuriet uniċi li jistgħu jwarrdu f’ruħek:
ix-xewqa qawwija li tħobb u li tkun maħbub/a.
Il-qalb ċkejkna tiegħek hi misteru tal-Imħabba t’Alla.
Tkanta biss meta tħoss l-Imħabba Infinita u meta tħobb l-Imħabba Infinita.
Emmen: l-Imħabba Infinita tħobbok!
Ma nafx jekk inti tħobbx l-Imħabba infinita li hu Alla; nittama u nawguralek dan għall-felicità tiegħek stess.
F’dan l-Għid agħmel pass u ibda għix għotja kontinwa ta’ mħabba.
Jalla li dak li qed nawguralek isir realtà”.
Silta minn ittra ta’ Chiara Lubich tal-1945
(Publikata fuq: “Chiara Lubich, Ittri tal-ewwel żmenijiet”, Città Nuova Editriċi, 2010)
Be the first to comment