Bħal ħafna oħrajn tal-eta’ tiegħi, qed nobdi d-direttivi tad-dipartiment tas-saħħa u f’dawn il-ġimgħat ma ħriġt xejn mid-dar. Ngħix waħdi u ngħaddi l-biċċa l-kbira tal-ġurnata tiegħi waħdi, allura napprezza kull ċans ta’ komunikazzjoni mal-membri tal-familja, mal- ħbieb u ma’ dawk li naqsam magħhom l-ispiritwalita’ tal-unita’. Iżda kien mument tassew sabiħ meta ċempel it-telefon, u nisma’ l-leħen ta’ żagħżugħa tistaqsini kif jien. Kienet waħda mill-Ġen (iż-Żgħażagħ tal-Moviment tal-Fokolari)!
Jien, mara ta’ kwazi 80 sena u ma’ din iż-żagħżugħa għixna mument ta’ komunjoni; stajt naqsam magħha kif qed nipprova ngħix il-mument preżenti u nagħraf il-wiċċ ta’ Ġesu’ msallab fit-tbatija ta’ din is-sitwazzjoni.
Kif qtajt minn magħha ħassejtni tant kuntenta. Mhux biss apprezzajt il-ġest sabiħ ta’ din it-tfajla imma permezz tagħha għaraft ukoll l-imħabba t’Alla għalija.
Din ma kienetx l-unika darba li smajt dan l-istess leħen fuq it-telefon!
S.F. (Malta)
Be the first to comment